It-tagħlim matul il-ħajja

Artiklu ppubblikat fuq Voice of the Workers Weekly – 13.05.18

Meta ressqet ‘il quddiem il-viżjoni ppreżentata fis-Summit Soċjali f’Gothenburg f’Novembru 2017, dwar kif l-edukazzjoni u l-kultura jistgħu jappoġġjaw Ewropa inklussiva, magħquda u kompetittiva, il-Kummissjoni Ewropea addottat inizjattiva dwar il-kompetenzi għal tagħlim  matul il-ħajja.

Ir-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-tagħlim  matul il-ħajja, hi intenzjonata li tressaq ‘il quddiem aġġornamenti importanti li jirriflettu l-evoluzzjoni mgħaġġla tat-tagħlim. L-edukazzjoni u t-taħriġ huma parti mis-soluzzjoni sabiex aktar persuni jkollhom impjiegi diċenti u jkunu kapaċi jirrispondu aħjar għall-ħiliet mitluba mill-ekonomija. Bil-progress teknoloġiku mgħaġġel u bidliet relatati fil-profili u l-prerekwiżiti tax-xogħol, il-ħtiġiet tat-tagħlim matul il-ħajja jeħtieġ li jibnu fuq kollaborazzjoni b’saħħitha u sinerġiji bejn l-industrija, l-edukazzjoni, it-taħriġ u ambjent ta’ tagħlim.

L-objettiv prinċipali tar-rakkomandazzjoni hu biex isaħħaħ l-iżvilupp ta’ kompetenzi ewlenin għal kulħadd matul il-ħajja u biex jippromwovi miżuri li huma meħtieġa sabiex l-objettiv jinkiseb.

Il-MEUSAC bħalissa jinsab fil-proċess li  jorganizza sessjoni ta’ konsultazzjoni dwar din ir-rakkomandazzjoni. Għal  aktar  informazzjoni, ikkuntattjaw lil MEUSAC fuq 2200 3300 jew fuq info.meusac@gov.mt.

« Back