Interreg Italia-Malta 2014–2020: CORALLO Project

The CORALLO project, funded by the EU’s Interreg Italia-Malta funding programme, aimed to promote a greater degree of awareness of the biodiversity heritage among end users of Natura 2000 sites and to enhance the largely unknown landscape resources through forms of responsible enjoyment. The project aimed at bridging the knowledge gap, to raise awareness of visitors to Natura 2000 sites and the public.

CORALLO has been implemented via cross-collaboration of the University of Malta, The Environment and Resources Authority, Heritage Malta, the Regional Agency for Environmental Protection, the University of Palermo, Plemmirio Consortium, and the Research Consortium for the Development of Innovative Agri-environmental Systems.

Interreg Italia-Malta 2014-2020 promotes the integrated development between Italy and Malta with a view to create the right conditions for smart, sustainable, and inclusive growth. The Programme aims to develop the potential of areas of common interest for Sicily and Malta, such as environmental protection, security of land and sea, cultural heritage, the quality of life and the health of citizens.

For more information about Interreg Italia-Malta 2021-2027, kindly contact SEM on info.sem@gov.mt or 2779 7300.

_____________________________

Il-proġett CORALLO, iffinanzjat mill-programm ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea Interreg Italia-Malta, kellu l-għan li jippromwovi livell akbar ta’ għarfien dwar il-wirt tal-bijodiversità fost in-nies li jżuru s-siti Natura 2000 u li jtejjeb ir-riżorsi fiż-żoni tal-pajsaġġ li kien għadu mhux magħruf biex jitgawdew b’mod responsabbli. Il-proġett kellu l-għan li jżid għarfien dwar is-siti Natura 2000 fost il-viżitaturi u l-popolazzjoni.

CORALLO ġie implimentat permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta, l-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi, Heritage Malta, l-Aġenzija Reġjonali għall-Ħarsien tal-Ambjent, l-Università ta’ Palermo, Plemmirio Consortium, u r-Research Consortium għall-Iżvilupp ta’ sistemi agro-ambjentali innovattivi.

Interreg Italia-Malta 2014-2020 ippromwova l-iżvilupp integrat bejn l-Italja u Malta bil-għan li jinħolqu l-kundizzjonijiet it-tajba għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli, u inklużiv. Il-Programm kellu l-għan li jiżviluppa l-potenzjal ta’ żoni ta’ interess komuni għal Sqallija u Malta, bħall-ħarsien ambjentali, is-sigurtà tal-art u l-baħar, il-wirt kulturali, il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa taċ-ċittadini.

Għal aktar informazzjoni dwar Interreg Italia-Malta 2021-2027, wieħed jista’ jikkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.