AKTAR GĦAJNUNA LILL-NGOS U KUNSILLI LOKALI BIEX IWETTQU PROĀETTI B’FONDI MILL-UE

26 June 2012

Il-Gvern hu impenjat li jkompli jgħin aktar NGOs u Kunsilli Lokali fit-twettiq ta’ proāetti b’kofinanzjament
mill-Unjoni Ewropea li permezz tagħhom itejbu l-kwalita` tal-ħajja tar-residenti
tagħhom. Fl-erba’ snin li għaddew il-Gvern għen billi għadda aktar minn €2 miljun sabiex jgħin fittwettiq
ta’ 86 proāett ta’ NGOs u Kunsilli Lokali differenti. Għal dawn is-86 proāett inkisbu total
ta’ €29.3 miljun mill-programmi ta’ fondi mill-UE.

Minbarra din l-għajnuna f’finanzjament dirett, il-Gvern permezz tal-MEUSAC joffri wkoll
għajnuna teknika b’xejn lill-NGOs u lill-Kunsilli Lokali kollha. F’dawn l-aħħar erba’ snin ilMEUSAC
għen Kunsilli Lokali, NGOs u entitajiet oħra biex inkisbu madwar €16.5 miljun għal 109
proāetti jew inizjattivi differenti. Il-MEUSAC għen biex inkisbu fondi Ewropej għal 29 proāett ta’
NGOs li qed isiru b’aktar minn €3.8 miljun.

Id-dettalji ngħataw mill-Onor. Chris Said, Ministru tal-Āustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u lFamilja,
waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha kienu ppreŜentati r-riŜultati tal-proāett ‘The CAP
– Constructing a Resilient Future’ li kien jinvolvi l-iŜvilupp ta’ sistema agrikola, organika u
sostenibbli u t-tixrid ta’ informazzjoni dwarha. Il-proāett sar fil-limiti tal-Baħrija bi sħab bejn ilPermaculture
Research Foundation, il-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-MEUSAC. Il-finanzjament
Ewropew inkiseb mid-DG Agriculture and Rural Development tal-UE u mill-Fondi ta’ KoFinanzjament
tal-Gvern Malti.

Il-Permaculture hi tip ta’ biedja organika, Ŝviluppata f’dawn l-aħħar 30 sena u llum tiāi pprattikata
f’madwar 100 pajjiŜ differenti. Hi intiŜa biex il-bniedem jgħix f’armonija mal-ambjent ta’
madwaru. Is-sistema tal-permaculture hi applikabbli għal Ŝoni rurali u urbani, klimi differenti, u
għal reājuni ta’ daqsijiet differenti.
Peppi Gauci mill-Permaculture Research Foundation u Sindku tar-Rabat Alexander Craus spjegaw
li bħala parti mill-proāett āew organizzati korsijiet u workshops biex iŜ-ŜgħaŜagħ li jgħixu f’Ŝoni
urbani, jiāu f’kuntatt dirett man-natura. Saru wkoll Ŝjarat minn tfal tal-iskola u ngħata tagħlim dwar
il-prinëipji u t-tħaddim ta’ eko-sistemi. Barra minn hekk, rappreŜentanti tal-Fondazzjoni ħadu
sehem f’diversi attivitajiet organizzati mill-Kunsilli Lokali biex ixerrdu aktar informazzjoni dwar ilbiedja
organika.

Il-Ministru Chris Said irrefera għall-proāett L-Ewropa fuq ir-Roti li qed jitmexxa bi sħab bejn ilMEUSAC
u d-DOI. L-għan tal-Ewropa fuq ir-Roti hu li tiŜdied il-kuxjenza fost il-Maltin u lGħawdxin
dwar il-proāetti b’ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea u dwar l-impatt tagħhom fuq ilkwalità
tal-ħajja tagħna. Il-proāett jinvolvi tours organizzati, b’xejn, li jieħdu gruppi ta’ Maltin  u

Għawdxin fuq diversi proāetti li saru jew qed isiru bil-finanzjament Ewropew. Ir-rotot, kemm
f’Malta kif ukoll f’Għawdex, ikopru proāetti differenti, mhux biss dawk li huma responsabbilta` talGvern,
iŜda wkoll proāetti li qed jitmexxew minn NGOs, Kunsilli Lokali jew saħansitra mis-settur
privat. Il-Ministru Said qal li grazzi għall-Ewropa fuq ir-Roti, mijiet ta’ Maltin u Għawdxin diāa`
Ŝaru numru ta’ proāetti li kienu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea.

Il-Kap tal-MEUSAC Dr. Vanni Xuereb tkellem dwar l-impenn tal-MEUSAC li jkompli jwassal linformazzjoni
u joffri l-għajnuna teknika biex entitajiet Maltin ifasslu proāetti tajbin u jakkwistaw
il-finanzjament Ewropew biex jimplimentawhom. Hu appella lil aktar Kunsilli Lokali u NGOs biex
ifittixu l-għajnuna u biex jikkollaboraw aktar bejniethom sabiex iressqu proāetti b’saħħithom u
b’hekk jakkwistaw finanzjament Ewropew.