€16.5 MILJUN F’FONDI MILL-UE GĦAL 109 PROĀETTI FIT-TLIET SNIN U NOFS KEMM ILU MWAQQAF IL-MEUSAC

04 May 2012

Fit-tliet snin u nofs kemm ilu mwaqqaf il-MEUSAC (Malta-EU Steering & Action Committee)
għen biex inkisbu €16.5 miljun mill-UE sabiex jiāu implimentati proāetti ta’ Kunsilli Lokali,
għaqdiet mhux governattivi (NGOs) u entitajiet pubbliëi. Dan tħabbar waqt sessjoni t’informazzjoni
organizzata mill-MEUSAC bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali bit-tema ‘Insaħħu
l-Gvern Lokali’. Il-laqgħa saret fië-êentru tal-NGOs fix-Xewkija, Għawdex.

Minn statistika mogħtija mill-MEUSAC jirriŜulta li minn Novembru 2008 sax-xahar li għadda, ilkunsilli
lokali bbenefikaw minn ftit iktar minn €11-il miljun għal 72 proāett, l-NGOs setgħu
jagħmlu 29 proāett bi ftit inqas minn €3.9 miljun, filwaqt li qed isiru 8 proāetti b’madwar €1.6
miljun minn entitajiet pubbliëi. Dawn il-proāetti qed isiru b’finanzjament mogħti minn diversi
programmi ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea (UE).

Fis-sessjoni t’informazzjoni, indirizzata mill-Ministru tal-Āustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u lFamilja
Chris Said u mill-Kap tal-MEUSAC Dott. Vanni Xuereb ingħata tagħrif dwar l-għajnuna
teknika bla ħlas li tingħata mill-MEUSAC lill-kunsilli lokali u NGOs biex dawn ikunu jistgħu
japplikaw għall-proāetti li jkunu jixtiequ jwettqu fil-komunità jew f’oqsma speëifiëi tas-soëjetà.
Intqal kif mill-fondi kollha li ntrebħu mill-kunsilli lokali bl-għajnuna tal-MEUSAC, iktar minn terz
ta’ dawn il-fondi marru għal proāetti ta’ kunsilli lokali f’Għawdex. Il-MEUSAC għandu wkoll
uffiëëju f’Għawdex li minnu tingħata l-għajnuna lill-kunsilli lokali, NGOs u anke SMEs Għawdxin
biex huma wkoll ikollhom ië-ëans iwettqu inizjattivi b’fondi tal-UE.

Matul il-laqgħa saret preŜentazzjoni dwar l-opportunitajiet li hemm ippjanati għall-futur, filwaqt li
s-Sur Adrian Mifsud, Kap tal-Affarijiet Internazzjonali u tal-UE fi ħdan id-Dipartiment tal-Gvern
Lokali, tkellem dwar l-immaniāājar finanzjarju tal-proāetti. RappreŜentant mill-Malta Institute of
Management ukoll ta ħarsa lejn l-e-Learning Programme relatat mal-immaniāājar tal-fondi fi
proāetti ta’ din ix-xorta.