Il-core group tal-MEUSAC jiddiskuti l-Bini ta’ Ekonomija Ewropea tad-Data

27 February 2017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TALKONSUMATUR
U LIBERTAJIET ĊIVILI

Il-core group tal-MEUSAC jiddiskuti l-Bini ta’ Ekonomija Ewropea tad-Data

F’laqgħa tal-core group tal-MEUSAC, ġew diskussi proposti riċenti tal-Kummissjoni Ewropea
għall-Bini ta’ Ekonomija Ewropea tad-Data. Iċ-ċaqliq ħieles tad-data, li huwa parti mill-istrateġija
tal-Unjoni Ewropea għas-Suq Uniku Diġitali, illum qiegħed jitqies bħala l-ħames pilastru talmoviment
ħieles fis-Suq Uniku Ewropew, flimkien mal-moviment ħieles tal-persuni, tal-oġġetti,
tas-servizzi, u tal-kapital.

Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili
Helena Dalli saħqet dwar l-importanza li l-membri tal-core group jiddiskutu dan is-suġġett. Dan
minħabba li dan jinteressa u jaffettwa lil kulħadd, għaliex il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tiddependi
minn kif se jiżviluppa dan il-qasam. Fil-fatt, il-pakkett ta’ proposti leġislattivi dwar l-Ekonomija
tad-Data mressaq mill-Kummissjoni Ewropea jiffoka fuq aspetti marbuta mar-responsabbiltajiet ta’
min jakkwista l-informazzjoni personali, fejn jaħżinha, u kif jużaha.

Dr Joseph Saviour Azzopardi mill-Malta Information Technology Agency (MITA), u Ian Deguara
mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni u tad-Data spjegaw limplikazzjonijiet
ta’ dawn il-proposti, li huma ċ-ċaqliq u l-privatezza tad-data online. Semmew kif
permezz tal-proposta għal Regolament dwar il-Protezzjoni Ġenerali tad-Data, li qed jiġi propost li
jidħol fis-seħħ fl-2018, l-utenti tad-data diġitali se jkunu huma li jkollhom il-kontroll dwar dak li
jsir bl-informazzjoni personali online, u li jkunu huma li jagħtu permess biex din tkun aċċessibbli
jew le. Il-kunsens tal-utent f’dawn il-każi jkun jista’ jiġi rtirat meta l-utent jkun jixtieq. Dan jgħodd
b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn in-negozji jiġbru informazzjoni dwar il-konsumaturi għallfinijiet
ta’ reklamar. Il-konsumaturi hawnhekk għandhom ikunu jistgħu jirrifjutaw b’mod faċli li linformazzjoni
personali dwarhom tintuża għal skopijiet kummerċjali.

Tkellmu wkoll dwar il-ġbir tal-informazzjoni personali minn entitajiet pubbliċi, u qalu li permezz
ta’ dawn il-proposti, ikun possibbli li fil-pajjiż, l-informazzjoni tinġabar f’post wieħed, u li tkun
aċċessibbli minn dipartimenti u entitajiet differenti. Din taħdem bħall-kunċett ta’ ‘one-stop-shop’
tad-data, li fl-aħħar mill-aħħar inaqqas drastikament il-burokrazija.

Fost diversi reazzjonijiet mill-membri, intqal li waqt li ċ-ċaqliq ħieles tad-data hu importanti għasSuq
Uniku Diġitali, hu daqstant importanti li tkun imħarsa l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-utenti, flistess
ħin li jinġarru r-responsabbiltajiet ta’ min ikollu l-informazzjoni. Ir-regolamenti li jidħlu fisseħħ
għandhom jikkunsidraw ukoll l-aspetti marbuta mal-kompetittività, biex ma jdaħħlux piżijiet
żejda fuq in-negozji. Punt ieħor li ssemma kien dwar l-importanza li l-amministrazzjonijiet nazzjonali jżommu mal-pass mgħaġġel fl-iżvilupp tat-teknoloġija diġitali, mingħajr ma jwarrbu lil
dawk li jsibuha diffiċli biex jaġġornaw ma’ dawn l-iżviluppi, l-hekk imsejħa ‘qasma diġitali’.

Fl-għeluq tal-laqgħa, il-Kap tal-MEUSAC Vanni Xuereb wera l-apprezzament tiegħu għallkontribut
tal-parteċipanti. Dan għaliex fi kliemu, dan huwa forum li jagħti l-possibiltà li l-imsieħba
jagħtu l-veduti tagħhom lill-Gvern dwar suġġetti li jolqtu s-settur tagħhom fi stadju bikri ta’
diskussjonijiet dwar proposti ġodda tal-Unjoni Ewropea. B’hekk, il-Gvern ikun f’pożizzjoni aħjar li
jikkunsidra dawn il-veduti, waqt li jkun qed ifassal il-pożizzjoni ta’ Malta fil-Kunsill tal-Unjoni
Ewropea.