Il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma ppreżentat lill-membri tal-Core Group tal-MEUSAC u l-MCESD

14 January 2017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TALKONSUMATUR
U LIBERTAJIET ĊIVILI U MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma ppreżentat lill-membri tal-Core Group tal-MEUSAC u lMCESD

F’laqgħa konġunta tal-Core Group tal-MEUSAC u tal-MCESD, kien ippreżentat il-Programm
Nazzjonali ta’ Riforma bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u s-soċjetà
ċivili.

Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili
Helena Dalli, tkellmet dwar l-importanza li r-rappreżentanti ta’ diversi setturi tas-soċjetà, membri
fil-Core Group tal-MEUSAC u l-MCESD bħala entitajiet konsultattivi nazzjonali, jiltaqgħu f’din illaqgħa
konġunta speċjali bħal ma jsir kull sena biex jiddiskutu mal-Ministru għall-Finanzi l-abbozz
tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma għal din is-sena qabel ma jiġi sottomess lill-Kummissjoni
Ewropea. Dr Dalli qalet li b’dan il-mod, inkomplu niżguraw li t-triq ’il quddiem tinbena fuq
soluzzjonijiet komuni li jkomplu jibnu fuq miżuri li rnexxew u li jindirizzaw l-isfidi tal-preżent u
tal-ġejjieni.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna spjega li l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma qed jiġi
ppreżentat lill-imsieħba soċjali fl-isfond tal-aħbar li l-Gvern kiseb surplus fil-budget tiegħu għallewwel
darba wara 35 sena konsekuttivi ta’ defiċit. Huwa ddiskriva l-politika tal-Gvern li wasslet
għal dawn ir-riżultati, fosthom it-tnaqqis ta’ taxxa għal kull taxpayer f’Malta, kif ukoll miżuri li
jħajru aktar nies biex imorru jaħdmu.

Il-Ministru Scicluna ddeskriva l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma bħala l-pjan tal-Gvern biex
jindirizza r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi tal-Pajjiż hekk kif maħruġa mill-Kummissjoni
Ewropea, bil-għan li jintlaħqu l-miri Europe 2020.

Nota Informattiva

F’April ta’ kull sena, l-Istati Membri huma obbligati jissottomettu lill-Kummissjoni Ewropea lpjanijiet
tagħhom għal finanzi pubbliċi sodi (programmi ta’ stabbiltà u konverġenza) u r-riformi u lmiżuri
biex jagħmlu progress lejn tkabbir għaqli, sostenibbli u inklussiv, f’oqsma bħall-impjiegi u ledukazzjoni,
ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-enerġija u l-ambjent, u l-inklużjoni soċjali (programmi
nazzjonali ta’ riforma). Iktar tard fir-rebbiegħa mbagħad il-Kummissjoni toħroġ irRakkomandazzjonijiet
Speċifiċi għall-Pajjiżi sabiex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati mill-Istati
Membri meta jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-budget li jmiss.