Imnedija dehra u strateġija ġdida għal MEUSAC wara li saret aġenzija

30 October 2017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA

Imnedija dehra u strateġija ġdida għal MEUSAC wara li saret aġenzij

Wara r-ristrutturar ta’ MEUSAC, din l-aġenzija nediet id-dehra l-ġdida tagħha li tikkumplimenta rrwol
aktar attiv li hu ppjanat li tibda tieħu biex tgħaqqad liċ-ċittadini Maltin aktar qrib l-Unjoni
Ewropea.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli qalet li f’Mejju li għadda lMEUSAC
ġiet riformata f’aġenzija. Hija qalet li l-mira ta’ din ir-riforma kienet li jissaħħaħ id-djalogu
soċjali f’ pajjiżna fejn tidħol materja tal-Unjoni Ewropea. “Meta nkomplu għaddejjin b’dan id-djalogu
mas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali, id-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq livell Ewropew ma jkunux ta’
sorpriża imma pajjiżna jkun ippreparat għalihom”, sostniet il-Ministru Dalli. Min-naħa l-oħra fakkret
li meta tippreżenta l-pożizzjoni ta’ pajjiżna, tkun qed twassal dak li jkun diskuss waqt il-laqgħat talMEUSAC.

Il-Ministru Dalli rrimarkat kif Brexit għallmet lill-Istati Membri kemm hu importanti li n-nies ma
jħossuhomx aljenati mill-istituzzjonijiet Ewropej, u li hemm bżonn inkomplu naħdmu biex inqarrbu
l-Unjoni Ewropeja aktar lejn iċ-ċittadini. Hija qalet li waħda mill-għodda li pajjiżna jista’ juża biex
isir dan hija l-MEUSAC.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia qal li r-riforma talMEUSAC
se sservi biex inwasslu l-benefiċċji u l-viżjoni tal-Unjoni Ewropea għand iċ-ċittadini
Maltin u Għawdxin filwaqt li tgħin lil pajjiżna jieħu rwol ta’ tmexxija fl-Unjoni Ewropea u fiddibattitu
dwar il-futur tagħha.

Aaron Farrugia ssuġġerixxa li pajjiżna jorganizza konferenza ta’ livell għoli fejn jiġi diskuss l-irwol
ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, dan filwaqt li l-MEUSAC tkabbar il-preżenza diġitali tagħha u tkun
aktar f’pożizzjoni b’saħħita fejn jidħlu l-istituzzjonijiet Ewropej, l-istituzzjonijiet Maltin, u anke tkun
aktar proattiva billi tiġbor l-informazzjoni u twassal informazzjoni fil-ħin.

Is-Segretarju Parlamentari saħaq li hija ħaġa pożittiva li permezz ta’ dan il-bagit ħa jkun hemm
€100,000 addizzjonali għall-finanzjament rikorrenti, u €43,00 aktar f’nefqa kaptali, biex b’hekk ikun
hemm pjattaforma tajba biex l-Aġenzija tiftaħ folja ġdida.

Il-Kap tal-MEUSAC Vanni Xuereb fakkar kif minn Novembru 2008 l-aġenzija qassmet total ta’
€13.5 miljun f’fondi Ewropej għal mija u dsatax-il proġett tal-kunsilli lokali, €9.8miljun għal mija,
tlieta u disgħin proġett ta’ NGOs, u €11.8 miljun għal disgħa u għoxrin proġett lil entitajiet governattivi. B’hekk il-MEUSAC għenet fil-finanzjament ta’ tliet mija, wieħed u erbgħin proġett
b’total ta’ iktar minn €35 miljun.

Xuereb qal ukoll li sal-lum, MEUSAC għandha fi ħdanha mitejn, wieħed u disgħin NGO, tmien
negozji, u sitta u sittin individwu li jgawdu mis-servizzi diretti tagħha.