L-andament tan-negozjati ta’ Brexit diskuss mal-membri tal-MEUSAC

27 November 2017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA

L-andament tan-negozjati ta’ Brexit diskuss mal-membri tal-MEUSAC

Waqt il-laqgħa tal-Core Group tal-MEUSAC, il-membri tal-kumitat ingħataw spjegazzjoni talandament
tan-negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia, li ppresjeda llaqgħa,
tkellem dwar tliet punti ta’ prijorità fil-proċess ta’ Brexit: id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u
tar-Renju Unit; il-pakkett finanzjarju li se jkun dovut mir-Renju Unit lill-UE; u l-kwistjoni talfruntiera
fl-Irlanda.

“Ghalkemm għadna ma nafux x’se jkun il-qbil aħħari mar-Renju Unit, Malta qed tilgħab rwol
importanti fit-tfassil tal-UE wara Brexit. Din hija opportunità għal Malta sabiex tinfluwenza ddibattitu
u tfassal il-futur tal-UE wara Brexit. Mhix għażla li nħallu lil ħaddiehor ifassal dan għalina.
Jien nikkommetti li ngħin sabiex tinħoloq il-pożizzjoni ta’ Malta minn isfel sa fuq permezz taddjalogu
soċjali”, qal is-Segretarju Parlamentari.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli qalet li s-segretarjat għall-Unjoni
Ewropea fi ħdan il-Ministeru kkordina proċess t’informazzjoni ma’ kull ministeru rigward Brexit fixxhur
li għaddew. Il-Ministru Dalli qalet li “Malta għandha rwol attiv fid-diskussjonijiet li qed isiru
waqt il-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u qed tagħmel proposti fejn jintlaqtu ċ-ċittadini sabiex kemm
dawk li jgħixu fl-istati membri, kif ukoll dawk li jgħixu fir-Renju Unit, ikunu protetti bl-aħjar mod.”

Glenn Micallef, il-koordinatur ta’ din it-taqsima, tkellem dwar prospetti diversi għar-relazzjonijiet
futuri bejn l-UE u r-Renju Unit wara Brexit. Hu fiehem kif bħalissa qed isiru diskussjonijiet
esploratorji bejn is-sebgħa u għoxrin stat membru dwar dan.

Micallef semma kif jista’ ikun hemm perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu r-regoli tal-UE jibqgħu
japplikaw fir-Renju Unit wara li dan joħroġ mill-UE, kif ukoll perjodu ta’ tranżizzjoni sakemm jidħlu
fis-seħħ għal kollox l-arranġamenti tal-ftehim li ser ikun qed jirregola r-relazzjonijiet futuri bejn lUE
u r-Renju Unit.

Membri tal-Core Group kellhom l-opportunità jqajjmu diversi punti u jsaqsu dwar il-pożizzjoni ta’
Malta fuq aspetti relatati mal-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-kwalifiki professjonali, il-benefiċċji
soċjali, is-sigurtà, u d-difiża.

GALLERY
PRESS RELEASE
PRESS REVIEW