L-EWROPA FUQ IR-ROTI – śJARAT FI PROĀETTI KOFINANZJATI MILL-UE

08 May 2012

Il-MEUSAC u d-Dipartiment tal-Informazzjoni qegħdin jorganizzaw Ŝjarat fi proāetti kofinanzjati
mill-Unjoni Ewropea. Imsejħa ‘L-Ewropa fuq ir-Roti’, din l-inizjattiva qed tgħin sabiex titwassal
aktar informazzjoni dwar l-investiment li qiegħed isir bil-fondi Ewropej fil-gŜejjer Maltin.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tal-Āustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Dott.
Chris Said qal li l-Gvern Malti qiegħed jutilizza bl-aħjar mod il-fondi tal-Unjoni Ewropea (UE) u
permezz tagħhom qiegħed ikompli joħloq ix-xogħol u jkattar l-investiment fil-pajjiŜ. Għalkemm ilproāetti
b’kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea huma ħafna, mhux kulħadd hu konxju tagħhom
għaliex mhux neëessarjament jagħmel uŜu minnhom jew għaliex filwaqt li wħud minnhom huma
viŜibbli, oħrajn – bħal proāetti li jinvestu fit-taħriā, mhumiex daqstant evidenti. Hu proprju
għalhekk li qed tittieħed din l-inizjattiva: biex il-pubbliku Malti jkun jista’ jara fiex qed jintefqu lmiljuni
ta’ ewro li Malta akkwistat mill-UE.

Il-Ministru Said spjega kif pajjiŜna qiegħed jagħmel suëëess mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Is-sena
li għaddiet il-Kummissjoni Ewropea ëëertifikat l-għaqal u t-trasparenza li bihom Malta wŜat il-fondi
kollha – €80 miljun – li kellha għad-dispoŜizzjoni tagħha fl-ewwel tliet snin tas-sħubija. Bejn l-2007
u l-2013 Malta akkwistat biljun ewro ta’ fondi mill-UE u permezz tagħhom ukoll qed jitkattar linvestiment
u qed jinħoloq aktar xogħol f’pajjiŜna.

Il-Gvern Malti, kompla jispjega l-Ministru Said, qiegħed jagħti importanza kbira għat-tħaddim
b’mod effiëjenti u trasparenti tal-finanzjament miksub mill-UE tant li fix-xhur li għaddew, għallewwel
darba, ħoloq il-kariga ta’ Segretarju Permanenti fl-Uffiëëju tal-Prim Ministru li jkun
responsabbli direttament mill-fondi Ewropej.

Hu tkellem ukoll dwar ir-rwol tal-MEUSAC u qal li dan qiegħed jagħmel xogħol tajjeb ħafna biex
kunsilli lokali u ngos jiksbu finanzjament mill-UE. JirriŜulta li fit-tliet snin u nofs li għaddew, ilMEUSAC
għen kunsilli lokali, ngos u entitajiet oħra biex inkisbu madwar €16.5 miljun għal 109
proāetti jew inizjattivi differenti.

Il-Kap tal-MEUSAC Dott. Vanni Xuereb qal li għalkemm is-suëëess tas-sħubija ta’ Malta ma
jitkejjilx biss minn kemm inkisbu fondi mill-UE, għall-pubbliku ināenerali dan hu mod konkret kif
jista’ jitfisser kemm il-pajjiŜ mexa ’l quddiem f’dawn l-ewwel tmien snin ta’ sħubija fl-UE.
F’kuntest ekonomiku ta’ kriŜi li fih tinsab l-Ewropa llum, kompla jfisser kemm hu importanti li lMaltin
u l-Għawdxin jagħrfu kif l-UE qed isservi biex il-pajjiŜ iwieāeb għall-isfidi tal-preŜent u talāejjieni,
kemm permezz tal-politika u l-liāijiet tagħha kif ukoll bil-finanzjament li qiegħda tagħti li
qegħdin jiāu investiti kemm fil-persuni kif ukoll fl-infrastruttura u fl-ekonomija lokali. Il-Kap talMEUSAC
spjega kif il-MEUSAC twaqqaf biex minbarra li jwassal tagħrif dwar l-UE, imexxi proëess ta’ konsultazzjoni mal-partiti politiëi, il-korpi kostitwiti u s-soëjetà ëivili dwar il-politika u
l-liāijiet tal-UE u jgħin lill-kunsilli lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi (ngos) biex jiksbu
fondi mill-UE.

IŜ-Ŝjarat bil-coaches bħala parti mill-inizjattiva l-‘Ewropa fuq ir-Roti’, huma miftuħin għal gruppi
organizzati – minn kunsilli lokali, ngos, skejjel, u gruppi oħra. Fil-āimgħat li għaddew kienu mijiet
dawk li għamlu uŜu minn din l-inizjattiva. Il-proāett sejjer tajjeb ħafna tant li hemm interess
sostanzjali għall-āimgħat u x-xhur li āejjin.

Kull min jixtieq aktar informazzjoni dwar l-‘Ewropa fuq ir-Roti’ jista’ jëempel fuq 2200 3351 jew
jibgħat email fuq ewropafuqroti.meusac@gov.mt.