Nindirizzaw il-miri nazzjonali elenkati fil-Programm ta’ Riforma Nazzjonali 2012 Appell għal sehem attiv mis-settur privat u s-soċjetà ċivili fil-konsultazzjoni dwar il-Qafas Finanzjarju tal-UE 2014-2020

27 April 2012

F’laqgħa tal-Core Group tal-MEUSAC li saret illum kien hemm żewġ temi fuq l-aġenda – ilProgramm
ta’ Riforma Nazzjonali 2012 u l-prijoritajiet tas-Sena Ewropea għal Anzjanità Attiva u
s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet 2012.

Fi preżentazzjoni li saret minn Martin Spiteri, Direttur għall-Iżvilupp tal-Politika fi ħdan ilMinisteru
tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, ingħataw dettalji dwar il-Programm ta’ Riforma
Nazzjonali ta’ din is-sena. Qal li Malta qed tadotta miżuri f’ħames oqsma partikolari li huma:

  • Il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv ta’ Malta – il-pajjiż qed juri iktar impenn bit-tisħiħ talqafas
    fiskali
  • Is-sostenibilità tal-pensjonijiet – Malta qed tbiddel is-sistema tal-pensjonijiet u tirrevediha
    kull ħames snin
  •  L-edukazzjoni trid tilħaq il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol – żieda ta’ boroż ta’ studju, tisħiħ
    tal-MCAST, reviżjoni tal-kwalità akkademika tal-Università ta’ Malta u iktar appoġġ lillfamilji
    vulnerabbli biex jindirizzaw tfal li jitilqu mill-iskola qabel l-età obbligatorja
  • Reviżjoni tal-COLA – il-mekkaniżmu li bih tiġi kkalkulata ż-żieda tal-għoli tal-ħajja – saret
    analiżi teknika li se tiġi ppreżentata lill-MCESD – il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku
    u Soċjali – biex jiddiskuti l-effett tal-COLA fuq ix-xogħol u l-kompetittività
  •  L-enerġija – tisħiħ fl-insfrastruttura biex il-pajjiż ma jibqax jiddependi fuq iż-żejt u jżid lużu
    tal-enerġija alternattiva permezz ukoll tal-proġett tal-interconnector, l-estensjoni talPower
    Station ta’ Delimara u bosta skemi lill-intrapriżi u l-familji.

Is-Sur Spiteri elenka l-miri ta’ Malta u tal-Unjoni Ewropea b’rabta mal-Istrateġija “Ewropa 2020”
u semma kif mistennija jintlaħqu dawn il-miri. Fost l-oħrajn qal li qed jiġu implimentati mat-22
miżura ġdida permezz ta’ diversi proġetti, uħud minnhom kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea, biex
jiġu indirizzati dawn il-miri. Hemm ukoll 9 miżuri li jaqgħu taħt il-Patt Euro Plus, li jmorru lil hinn
mill-Programm ta’ Riforma Nazzjonali.

Fost il-punti mqajma mill-membri tal-Core Group kien hemm il-ħtieġa tal-kwalità ta’
ċertifikazzjoni li qed tingħata lill-istudenti, iktar konsultazzjoni mal-industriji konċernati meta
jitfassal il-kurrikulu ta’ suġġett partikolari, in-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji għall-apparat meħtieġ
għall-persuni b’diżabilità li jgħixu fil-komunità, spinta fir-riċerka u l-innovazzjoni, u jekk hux se
jinħarġu iktar skemi li jinċentivaw ix-xiri ta’ sistemi ta’ pannelli fotovoltajċi.

Matul il-laqgħa, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Dott. Godwin Grima appella lill-parteċipanti
biex jieħdu sehem fit-tfassil ta’ proposti ġodda li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-baġit finanzjarju 2014-
2020 tal-UE ħalli permezz tagħhom ikunu jistgħu jsiru l-proġetti meħtieġa għall-pajjiż mhux biss
mis-settur pubbliku, iżda wkoll mill-entitajiet privati u anke l-Organizzazzjonijiet mhux
Governattivi (NGOs).

Fit-tieni parti tal-laqgħa, Dr Charmaine Gauci, Direttur tad-Dipartiment għall-Promozzjoni tasSaħħa
u Ċerpersin tal-Kumitat tas-Sena Ewropea 2012, tat ħarsa lejn il-prijoritajiet tas-Sena
Ewropea għall-Anzjanità Attiva u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet.

Qalet li l-popolazzjoni Maltija mistennija tixjieħ u li dan se jġib miegħu diversi sfidi u
opportunitajiet. Fost l-oħrajn semmiet li popolazzjoni iktar anzjana ġġib magħha pressjoni fuq lekonomija
u s-servizzi soċjali iżda fl-istess waqt l-anzjani għandhom potenzjal biżżejjed biex
jibqgħu jikkontribwixxu fis-suq tax-xogħol.

L-għan tas-Sena Ewropea 2012 huwa li tinbidel l-idea li l-anzjani huma piż għas-soċjetà u dan
jista’ jsir billi l-anzjani jibqgħu jaħdmu, jgħixu b’saħħithom, iwettqu volontarjat, u jkun hemm
solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. Dr Gauci tkellmet dwar is-sitwazzjoni attwali tal-anzjani
f’Malta u qalet li għalkemm ftit li xejn hawn għarfien dwar kemm il-popolazzjoni qed tixjieħ u kif
il-parti l-kbira tal-anzjani jbatu mill-obeżità u huma l-iktar li jpejpu, meta mqabbel mal-pajjiżi loħra
tal-Unjoni Ewropea, madanakollu minn stħarriġ riċenti tal-Ewrobarometru ħareġ li f’Malta, lparti
l-kbira tagħhom għadhom jgħixu fil-komunità, filwaqt li 32% tal-anzjani jwettqu xogħol
volontarju.

Fost il-proposti li mistennija jitwettqu matul din is-sena u fil-futur biex l-anzjani jibqgħu attivi, Dr
Gauci elenkat il-ħtieġa ta’ aktar għarfien biex l-anzjani jibqgħu jaħdmu anke wara l-età tal-irtirar
u jekk hemm bżonn jiġu mħarrġa f’ħiliet ġodda, ikunu iktar inklużi fil-komunità b’sensiela ta’
attivitajiet organizzati saħansitra anke mill-Kunsilli Lokali, u titqajjem iktar kuxjenza biex tinbidel
il-perċezzjoni dwar l-anzjani.

Fost il-punti mqajma mill-membri tal-Core Group issemmew:

  • l-involviment tal-kunsilli lokali
  •  il-kontribut ta’ professjonisti li rtiraw mix-xogħol biex jgħaddu l-esperjenza tagħhom lil
    professjonisti ġodda
  •  il-ħtieġa tal-prevenzjoni u mhux il-kura tas-saħħa
  • iktar tagħrif u kampanji edukattivi biex in-nies ma jiqfux jaħdmu qabel iż-żmien.

Il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, Dott. Chris Said, li mexxa l-laqgħa,
qal li l-ammont ta’ anzjani li għadhom jaħdmu żdied b’5,500 f’sena u tela’ għal 13,500. Semma
kif qed jiġu adottati bosta miżuri mill-Gvern biex l-anzjani li jibqgħu jaħdmu ma jitilfux il-pensjoni
u fl-istess waqt huma jibqgħu jikkontribwixxu fl-ekonomija.

Fil-laqgħa tal-Core Group ħadu sehem uffiċjali għolja tal-Gvern, rappreżentanti tal-partiti politiċi,
korpi kostitwiti u s-soċjetà ċivili.