TNAQQIS TA’ 15% FIL-PIś AMMINISTRATTIV GĦAN-NEGOZJI SA TMIEM L-2012

27 July 2012

Fil-laqgħa tal-Core Group tal-MEUSAC li saret illum āie diskuss ir-Rapport għal
Regolamentazzjoni aħjar u għal aktar Simplifikazzjoni tal-Liāijiet. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
Ewropea, “Regolamentazzjoni Intelliāenti fl-UE” tistabbilixxi l-pjanijiet tal-Kummissjoni biex tiŜgura
l-kwalità tar-regolamentazzjoni. Ir-regolamentazzjoni intelliāenti għandha l-għan li tirregola fejn hemm
bŜonn iŜda ŜŜomm l-ispejjeŜ baxxi kemm jista’ jkun.

Fi preŜentazzjoni li saret minn John Aquilina, Kap EŜekuttiv tal-Management Efficiency Unit flUffiëëju
tal-Prim Ministru (MEU) u l-Konsulent tal-MEU, Dott. Paul DeBattista, ingħatat ħarsa lejn ilprogress
u r-riŜultati miksuba sa issa minn Malta f’dan il-qasam.

Is-Sur Aquilina qal li l-Kummissjoni Ewropea qed timmira li tnaqqas il-piŜ amministrattiv b’25% flIstati
Membri kollha tal-Unjoni Ewropea sal-aħħar ta’ din is-sena. Premezz ta’ regolamentazzjoni aħjar,
ser ikun qed jonqos il-piŜ amministrattiv fuq in-negozji biex jiffrankaw il-ħin u r-riŜorsi li jistgħu
jintuŜaw fit-titjib tal-kompetittività u l-āenerazzjoni tal-profitti, kemm għal negozji kbar kif ukoll għal
dawk Ŝgħar jew medji (SMEs).

Dott. DeBattista spjega kif waħda mill-ikbar ilmenti li jkollu l-Gvern mingħand in-negozjanti hija lburokrazija.
Qal li jeŜistu mal-400 liāi u madwar 2,500 avviŜ legali li jolqtu direttament lin-negozji.
Kien għalhekk li daqs 6 xhur ilu saru bosta laqgħat mal-korpi kostitwiti biex jiddiskutu diversi temi
marbuta mas-simplifikazzjoni tal-liāijiet u ssir spjegazzjoni tal-miŜuri meħtieāa.

B’kollox hemm 10 oqsma li mistennija jiāu indirizzati biex il-piŜ amministrattiv għan-negozji
f’Malta jitnaqqas bi 15% sa tmiem din is-sena fosthom il-ħlas tat-taxxa u tal-VAT, l-Ambjent u sSigurtà
fl-Ikel.

Fost il-punti mqajma mill-membri tal-Core Group issemmew:

  • Kemm fil-fatt qed jiāu ffrankati flus u ħin għan-negozjanti b’dawn il-miŜuri
  • Jekk il-miŜuri li qed jittieħdu hux qed joħolqu iktar piŜijiet
  • Jekk hux qed isir assessjar ta’ kif qed tintlaqat l-ekonomija bil-miŜuri li qed jittieħdu
  • Il-piŜ amministrattiv Ŝejjed fuq in-negozjanti

B’reazzjoni ntqal li sa issa āew iffrankati mal-280,000 siegħa f’xogħol u mat-€8.5 miljun fis-sena;
ekwivalenti għal 7.3%. Sal-aħħar tal-2012 biex tintlaħaq il-mira ta’ 15% se jiāu ffrankati €17.3
miljun u 716,000 siegħa fis-sena. Dan kollu qed isir possibbli bil-ābir tal-informazzjoni u l-qsim
tal-informazzjoni min-negozjanti meta jippreŜentaw id-dokumentazzjoni kollha dovuta. Intqal li
teŜisti check-list tal-avviŜi legali biex kull meta tiāi ppreŜentata liāi ādida tara x’impatt se tħalli fuq
diversi oqsma fosthom in-negozji u tara li ma toħloqx piŜijiet āodda. Dwar Għawdex, sar magħrufli s-simplifikazzjoni li qed tigi proposta se tkun f’forma ta’ one-stop-shop li mistenni jitwaqqaf, flistess
waqt li hemm il-ħsieb li jitnaqqsu r-rekwiŜiti meħtieāa biex jitħaffef il-proëess għall-ftuħ ta’
negozji āodda f’Għawdex.

Dr DeBattista temm jgħid li wara li tintlaħaq il-mira ta’ 15% sal-aħħar tas-sena, l-MEU qed tara kif
tista’ ssir iktar simplifikazzjoni tal-liāijiet f’oqsma oħra.

Il-Ministru tal-Āustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, Dott. Chris Said, li mexxa l-laqgħa, qal
li ë-check-list tal-avviŜi legali āiet riveduta biex tara x’impatt se jkollha fuq in-negozji.

Matul il-laqgħa l-Ministru Said irringrazzja lil Richard Cachia Caruana għas-sehem tiegħu fi ħdan ilCore
Group tal-MEUSAC fis-snin li għaddew bħala RappreŜentant Permanenti ta’ Malta għall-UE u
awgura lil Marlene Bonnici li għadha kif inħatret minfloku.