Fondi Ewropej għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar - Ċentru għall-Komunità f'Ħal Tarxien

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien ibbenefika minn fondi Ewropej sabiex jirrinova ċentru għall-komunità. Dan iċ-Ċentru ġie msejjaħ ‘Reach Out Centre’, bl-iskop li fih isiru attivitajiet bħal sessjonijiet ta’ eżerċizzju fiżiku, korsijiet artiġjanali, sessjonijiet ta’ informazzjoni informali u korsijiet dwar l-użu tal-computer, fost l-oħrajn.

Kif wieħed jista’ jsegwi fil-filmat, il-fondi Ewropej intużaw biex isiru x-xogħlijiet infrastrutturali meħtieġa sabiex jinħoloq post komdu u modern li huwa attrezzat bit-tagħmir meħtieġ biex isiru diversi attivitajiet u avvenimenti soċjali li jolqtu lil kulħadd u li jġibu flimkien lill-komunità. F’dan iċ-ċentru wieħed jista’ jsib librerija pubblika li hi miftuħa għall-komunità u hija mimlija b’kotba varji għal kull età.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.