Fondi Ewropej għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar - Ċentru għar-Rijabilitazzjoni ta’ Annimali Selvaġġi Feruti

L-organizzazzjoni Nature Trust hija għaqda mhux governattiva ambjentali f’Malta li taħdem favur il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ambjent naturali Malti. Matul is-snin din l-organizzazzjoni bbenefikat minn diversi fondi Ewropej sabiex tkompli tkabbar u ssaħħaħ l-operat tagħha f’oqsma differenti. Il-‘Wildlife Rehabilitation Centre’ huwa ċentru li jipprovdi ambjent u faċilitajiet aħjar għar-rijabilitazzjoni ta’ annimali selvaġġi feruti. Iċ-Ċentru se jservi wkoll bħala ċentru għar-riċerka u l-edukazzjoni ambjentali.

Dan il-filmat jeħodna ġewwa dan iċ-Ċentru li jinsab fi Xrobb l-Għaġin, f’Marsaxlokk - proġett kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea li ġie inawgurat f’Novembru 2023.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.