Fondi Ewropej għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar - Iżjed Għarfien u Kuxjenza dwar is-Siti ta’ Natura 2000

Iktar ma jmur, il-ħarsien tal-ambjent, b’mod partikolari l-konservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent u l-pajsaġġ Malti, qed isiru iktar importanti. L-Unjoni Ewropea tinvesti fi proġetti li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent naturali. Fost dawn il-proġetti nsibu l-proġett CORALLO.

Kif wieħed jista’ jsegwi fil-filmat, dan il-proġett, kellu l-għan li jippromwovi livell akbar ta’ għarfien dwar il-wirt tal-biodiversità fost in-nies li jżuru s-siti Natura 2000 u li jtejjeb ir-riżorsi fiż-żoni tal-pajsaġġ li kien għadu mhux magħruf, biex jitgawdew b’mod responsabbli. Il-proġett kellu l-għan li jżid għarfien u jqajjem iktar kuxjenza dwar is-siti Natura 2000 fost il-viżitaturi u l-popolazzjoni, b’mod partikolari dwar il-biodiversità u l-ekosistemi li jinsabu fihom, sabiex ikunu jistgħu jitgawdew b’mod responsabbli mill-ġenerazzjoni ta’ issa u tal-futur.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.