Fondi Ewropej għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar - Laboratorji għall-Prattika fis-Suġġetti Vokazzjonali fl-Iskejjel

Għadd ta’ studenti qed jagħżlu li jitgħallmu suġġetti vokazzjonali biex jiksbu l-ħiliet meħtieġa għal meta jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Għaldaqstant, permezz tal-proġett INVEST li kien kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, twaqqfu 80 laboratorju fi skejjel tal-Gvern madwar Malta u Għawdex, mgħammra bl-għodod meħtieġa biex l-istudenti jiġu mgħallma diversi suġġetti vokazzjonali, fosthom it-teknoloġija tal-informatika, l-inġinerija, l-ospitalità, il-kura tax-xagħar u s-sbuħija, u l-midja. Il-proġett kien jinvolvi t-titjib u l-immodernizzar tal-laboratorji għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali li kienu diġà eżistenti, kif ukoll il-bini ta’ laboratorji mill-ġdid fi skejjel partikolari.

Dan il-filmat jeħodna fl-iskola Sekondarja taż-Żejtun - waħda mill-iskejjel li bbenefikaw minn dan il-proġett.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.