Fondi Ewropej għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar - Mużew u Ċentru Kulturali fir-Rabat Għawdex

L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi d-diversità tal-kulturi, il-lingwi, u t-tradizzjonijiet li jikkaratterizzaw il-popli fi ħdanha. Permezz tal-Fondi Ewropej isiru investimenti iffukati fuq il-ħarsien, l-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ assi pubbliċi storiċi, kulturali u patrimonjali. Fost dawn il-proġetti nsibu l-mużew il-‘Ħaġar-Heart of Gozo’ u ċ-Ċentru Kulturali, li jinsab fil-qalba tar-Rabat fil-gżira Għawdxija, grazzi għall-finanzjament sostanzjali mill-Fondi Ewropej.

Kif wieħed jista’ jsegwi fil-filmat, dan il-mużew u ċentru kulturali, juri kollezzjoni rikka ta’ oġġetti storiċi u artistiċi li qabel kienu inaċċessibbli għall-pubbliku. F’dan il-mużew inħoloq ukoll spazju għal wirjiet temporanji u avvenimenti kulturali, edukattivi u rikreattivi.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.