Fondi Ewropej għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar - Restawr tal-Eqdem Mitħna f’Għawdex

L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi l-importanza tal-konservazzjoni u l-protezzjoni tal-kultura u l-patrimonju, tant li permezz tal-Fondi Ewropej tinvesti fi proġetti għall-ħarsien, l-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ assi pubbliċi kulturali u patrimonjali. Fost dawn il-proġetti nsibu l-proġett ta’ restawr tal-Mitħna tax-Xewkija, Għawdex. Il-Mitħna tax-Xewkija għandha valur kulturali importanti hekk kif hija unika fl-istruttura tagħha, u hija l-eqdem waħda wieqfa f’Għawdex illum.

Dan il-filmat jurina l-proġett tar-restawr tal-mitħna tax-Xewkija kif ukoll ir-rijabilitazzjoni tal-funzjonijiet tagħha. Dan il-proġett kien strumentali wkoll sabiex dan is-sit ta’ wirt storiku jingħata l-ħajja u jinbidel f’Ċentru għaż-żfin tradizzjonali u l-kultura, kif ukoll sabiex jitjieb il-prodott turistiku ta’ Għawdex.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.