Fondi Ewropej għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar - Restawr tal-Patrimonju Reliġjuż f’Għawdex

F’dawn l-aħħar snin permezz tal-fondi Ewropej twettqu diversi proġetti fi knejjes f’Malta u Għawdex, bl-għan li jiġi kkonservat, promoss u protett il-wirt reliġjuż. Dawn il-proġetti jinvolvu restawr tal-bini ta’ knejjes u kappelli minn barra u dak ta’ opri tal-arti, fost l-oħrajn.

Dan il-filmat jeħodna f’Għawdex, fejn iktar kmieni din is-sena tlesta proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, għar-restawr ta’ patrimonju reliġjuż f’diversi knejjes, f’lokalitajiet differenti. Bħala l-aħħar fażi tal-proġett, ġie mwaqqaf l-ewwel heritage trail għat-turiżmu reliġjuż, li ser jagħati l-opportunità lin-nies igawdu dan il-wirt storiku u reliġjuż li reġa’ ngħata l-ħajja.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.