Fondi Ewropej għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar - Sistemi għall-Immaniġġjar tal-Iskart Sostenibbli

Aktar ma jmur iż-żmien, aktar qed naraw kif is-sistemi attwali ta’ produzzjoni u konsum tagħna mhumiex sostenibbli u qed iħallu impatt negattiv fuq l-ambjent. Bil-bidla għal ekonomija aktar ċirkolari, il-materjali u l-prodotti jinżammu f’ċirkulazzjoni għall-itwal żmien possibbli, waqt li l-iskart iġġenerat jinżamm għal ammonti minimi. Il-fondi tal-Unjoni Ewropea huma essenzjali biex l-ekonomija ċirkulari ssir realtà. Bejn l-2014 u l-2020 Malta bbenefikat minn aktar minn biljun ewro li minnhom il-pajjiż tejjeb is-sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart u l-prattiċi ta’ sostenibbiltà, fost l-oħrajn.

Kif wieħed jista’ jsegwi fil-filmat, l-aħħar proġett li tlesta mill-WasteServ permezz ta’ fondi Ewropej, huwa l-‘Multi-Material Recovery Facility’. Dawn il-Fondi Ewropej intużaw għall-bini ta’ din il-faċilità, kif ukoll ġew investiti f’makkinarju li wieħed isib f’din l-istess faċilità sabiex jgħinu fl-ipproċessar ta’ materjal bħal saqqijiet, injam, ħġieġ ċatt, tyres kif ukoll skart elettroniku.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.