Fondi Ewropej għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar - Sistemi ta’ Rispons ta’ Emerġenza f’Diżastri Naturali

Malta bħal kull gżira fil Mediterran, hija suxxettibbli għal diżastri naturali. Minħabba l-impatt kbir li jaf ikollu diżastru bħal dan fuq il-gżejjer Maltin, huwa importanti li Malta tkun preparata, mhux biss biex tidentifika r-riskji ta’ terremoti li jaf jikkawżaw Tsunami fil-baħar Mediterran, iżda anke biex ikollha pjanijiet ta’ emerġenza f’każ ta’ diżastru bħal dan.

Kif wieħed jista’ jsegwi fil-filmat, permezz tal-fondi Ewropej, kien possibbli li jitwettaq il-proġett SIMIT THARSY, li tejjeb u implimenta sistemi ta’ monitoraġġ, twissija u r-rispons ta’ emerġenza tal-Protezzjoni Ċivili.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.