Fondi Ewropej għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar - Tekonoloġiji Moderni, Prattiċi u Aktar Sostenibbli fl-Agrikoltura

Mill-fondi Ewropej jibbenefika wkoll is-settur agrikolu. Il-ħsieb wara dawn il-fondi huwa li tingħata aktar għajnuna lill-bdiewa, b’mod partikolari lill-bdiewa żgħażagħ, permezz tal-Young Farmers Scheme.

Fost dawk li bbenefikaw minn din l-iskema, is-sid ’Tal-Kampanjol Aquaponics Farm’, seta’ jinvesti f’tekonoloġiji moderni, prattiċi u aktar sostenibbli għat-tkabbir tal-ħxejjex u l-frott, kif juri dan il-filmat.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.