Fondi Ewropej għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar - Vettura Elettrika għall-Mobilitá fil-Komunità

Matul is-snin saru bosta proġetti minn kunsilli lokali biex tittejjeb il-ħajja tan-nies fil-komunità tagħhom. Fost dawn, il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid ibbenefika minn fondi Ewropej biex jixtri vann elettriku għall-proġett, ‘Paola Urban Mobility and Accessibility’. Il-proġett iżid l-aċċessibilità għall-qalba tar-raħal, bl-introduzzjoni ta’ servizz ġdid ta’ trasport bla ħlas.

Kif wieħed jista’ jsegwi fil-filmat, permezz ta’ fondi Ewropej, il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid seta’ jinvesti f’vann li jaħdem bl-elettriku li huwa mgħammar b’rampa u lifter, sabiex ikun jista’ jilqa’ lil kull persuna li għandha bżonn dan is-servizz ta’ trasport b’xejn. Is-servizz iservi għall-qadi ta’ kuljum madwar il-lokalità u f’lokalitajiet oħrajn fil-viċinanzi, bħall-Faċilità għall-Kura fit-Tul San Vinċenz de Paule. F’dan il-filmat, nies li jużaw dan is-servizz jaqsmu magħna l-esperjenzi tagħhom.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.