Interreg Italia-Malta 2014-2020: ITAMA Project

The ITAMA project, funded by the EU’s Interreg Italia-Malta 2014-2020 funding programme, aimed to enhance health and the quality of life, by improving the diagnosis of auto-immune diseases, with a focus on the study of the coeliac disease in the Mediterranean. The overall objective of the project was to activate a network between research and productive environments in the healthcare sectors to develop innovative ICT tools for the diagnosis of such diseases and related technology transfer tools.

ITAMA has been implemented via cross-collaboration of medical and ICT teams in Sicily and Malta including the Ministry for Health, the University of Palermo, the University of Messina and AcrossLimits Ltd.

Interreg Italia-Malta 2014-2020 promoted the integrated development between Italy and Malta with a view to create the right conditions for smart, sustainable, and inclusive growth. The Programme aimed to develop the potential of areas of common interest for Sicily and Malta, such as environmental protection, security of land and sea, cultural heritage, the quality of life and the health of citizens.

For more information about Interreg Italia-Malta 2021-2027, kindly contact SEM on info.sem@gov.mt or 2779 7300.

______________________________________________

Il-proġett ITAMA, iffinanzjat mill-programm ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea Interreg Italia-Malta, kellu l-għan li jtejjeb is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja, billi jtejjeb u jimmodernizza d-dijanjożi tal-mard tas-coeliac fil-Mediterran. L-oġġettiv ta’ dan il-proġett kien li jiġi attivat network bejn ir-riċerka u s-setturi tas-saħħa biex jiġu żviluppati għodod innovattivi tal-ICT għad-dijanjożi ta’ mard u għodod relatati għat-trasferiment teknoloġiku. Il-proġett

ITAMA ġie implimentat permezz ta’ kollaborazzjoni ta’ timijiet mediċi u tal-ICT fi Sqallija u Malta fosthom il-Ministeru għas-Saħħa, l-Università ta’ Palermo, l-Università ta’ Messina u AcrossLimits Ltd.

Interreg Italia-Malta 2014-2020 ippromwova l-iżvilupp integrat bejn l-Italja u Malta bil-għan li jinħolqu l-kundizzjonijiet it-tajba għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli, u inklużiv. Il-Programm kellu l-għan li jiżviluppa l-potenzjal ta’ żoni ta’ interess komuni għal Sqallija u Malta, bħall-ħarsien ambjentali, is-sigurtà tal-art u l-baħar, il-wirt kulturali, il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa taċ-ċittadini.

Għal aktar informazzjoni dwar Interreg Italia-Malta 2021-2027, wieħed jista’ jikkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.