Interreg Italia-Malta 2014–2020: MicroWATTS Project

The MicroWATTS project, funded by the EU’s Interreg Italia-Malta funding programme, aimed to mitigate problems of water shortage in Malta and Sicily by reclaiming greywater from kitchens, bathroom sinks and showers and reusing them for toilet flushing after adequate treatment, thus improving health and the quality of life. As a result of this project, a micro greywater solar water treatment system was developed.

MicroWATTS has been implemented via cross-collaboration of the University of Malta, the Malta College of Arts, Science and Technology, the University of Catania, the National Research Council, Econetique Ltd and Plastica Alfa srl.

Interreg Italia-Malta 2014-2020 promoted the integrated development between Italy and Malta with a view to create the right conditions for smart, sustainable, and inclusive growth. The Programme aimed to develop the potential of areas of common interest for Sicily and Malta, such as environmental protection, security of land and sea, cultural heritage, the quality of life and the health of citizens.

For more information about Interreg Italia-Malta 2021-2027, kindly contact SEM on info.sem@gov.mt or 2779 7300.

______________________________________

Il-proġett MicroWATTS, iffinanzjat mill-programm ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea Interreg Italia-Malta, kellu l-għan li jtaffi l-problemi ta’ nuqqas ta’ ilma f’Malta u Sqallija billi jiġbor l-ilma użat fil-kċejjen, mis-sinkijiet tal-kmamar tal-banju u mid-doċċi u jerġa’ jużah wara trattament adegwat, u b’hekk itejjeb is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja. B ’riżultat ta’ dan il-proġett, ġiet żviluppata sistema solari għat-trattament tal-ilma.

MicroWATTS ġie implimentat permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta, il-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija, l-Università ta’ Katanja, il-Kunsill Nazzjonali tar-Riċerka, Econetique Ltd u Plastica Alfa Srl.

Interreg Italja-Malta 2014-2020 ppromwova l-iżvilupp integrat bejn l-Italja u Malta bil-għan li jinħolqu l-kundizzjonijiet it-tajba għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli, u inklużiv. Il-Programm kellu l-għan li jiżviluppa l-potenzjal ta’ żoni ta’ interess komuni għal Sqallija u Malta, bħall-ħarsien ambjentali, is-sigurtà tal-art u l-baħar, il-wirt kulturali, il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa taċ-ċittadini.

Għal aktar informazzjoni dwar Interreg Italia-Malta 2021-2027, wieħed jista’ jikkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.