Karriera fit-Traduzzjoni fi ħdan l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

Il-Malti huwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan jitlob li jkun hemm numru ta’ Maltin li jaħdmu fil-qalba tal-Unjoni sabiex jittraduċu liġijiet, dokumenti u ħafna materjal ieħor, minn lingwi bħall-Ingliż u l-Franċiż għall-Malti.

Niltaqgħu ma’ Antoine, Carmen u Sephora, tliet tradutturi Maltin li jaħdmu fit-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea, fejn ix-xogħol tagħhom hu li jwasslu dak li jsir fi Brussell, bil-lingwa Maltija. Isma’ aktar dwar ix-xogħol varjat li jagħmlu dawn it-tradutturi u dwar il-ħajja ġewwa Brussell u l-Lussemburgu.

Għal aktar informazzjoni dwar karrieri mal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea, żur is-sit tal-EPSO biex tara x’opportunitajiet ta’ xogħol hemm disponibbli. Għal aktar informazzjoni dwar karrieri fl-Unjoni Ewropea, ikkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.