Karriera mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa żewġ istituzzjonijiet politiċi li huma assistiti b’mod permanenti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Meta mqabbeI mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni Ewropea, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill huwa meqjus bħala l-iżgħar istituzzjoni, kompost minn korp ta’ madwar 3,000 persunal.

Minkejja dan, xorta hemm numru ta’ Maltin jaħdmu f’din l-istituzzjoni. Godfrey Galea beda l-karriera tiegħu mal-Kunsill permezz ta’ kuntratt ta’ sitt xhur. Isma’ aktar dwar l-esperjenza ta’ Godfrey f’din l-istituzzjoni, x’tip ta’ xogħol differenti għamel matul is-snin, u x’benefiċċji għall-familja tipprovdi karriera mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Għal aktar informazzjoni dwar karrieri mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jew istituzzjonijiet oħrajn, żur is-sit tal-EPSO biex tara x’opportunitajiet ta’ xogħol hemm disponibbli. Għal aktar informazzjoni dwar karrieri fl-Unjoni Ewropea, ikkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.