Karriera mal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew huwa istituzzjoni politika tal-Unjoni Ewropea li għandu Segretarjat permanenti li jikkoordina l-ħidma leġiżlattiva u jorganizza s-seduti plenarji u l-laqgħat, filwaqt li jipprovdi assistenza teknika u esperta lill-Membri tal-Parlament Ewropew.

Fi ħdan is-Segretarjat insibu aktar 8,000 persuna minn madwar l-Ewropa li jaħdmu jew bħala uffiċjali jew bħala membri tal-persunal. Amanda Said u Ludwig Saliba , li bnew il-karriera tagħhom fi ħdan il-Parlament Ewropew jgħidulna aktar dwar ix-xogħol tagħhom f’din l-istituzzjoni u l-ħajja ġewwa Brussell li hi tant għal qalbhom.

Għal aktar informazzjoni dwar karrieri mal-Kummissjoni Ewropea jew istituzzjonijiet oħrajn, żur is-sit tal-EPSO biex tara x’opportunitajiet ta’ xogħol hemm disponibbli. Għal aktar informazzjoni dwar karrieri fl-Unjoni Ewropea, ikkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.