Karriera mal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea hija l-akbar istituzzjoni fost l-istituzzjonijiet Ewropej u timpjega aktar minn 30,000 persuna minn madwar l-Istati Membri kollha. Diversi Maltin ilhom għal numru ta’ snin jaħdmu mal-Kummissjoni. Angele Debono Sears u Aldo Laudi huma żewġ uffiċjali li ilhom għal aktar minn 10 snin jaħdmu u jgħixu ġewwa Brussell f’kariġi differenti. Isma’ aktar dwar kif bdew il-karriera tagħhom, x’kontribut jagħtu fuq livell Ewropew u x’appoġġ isibu minn din l-istituzzjoni biex jibbilanċjaw il-ħajja u x-xogħol.

Għal aktar informazzjoni dwar karrieri mal-Kummissjoni Ewropea jew istituzzjonijiet oħrajn, żur is-sit tal-EPSO biex tara x’opportunitajiet ta’ xogħol hemm disponibbli. Għal aktar informazzjoni dwar karrieri fl-Unjoni Ewropea, ikkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.