Opportunitajiet ta' traineeship fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

Ta’ kull sena, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea joffru diversi opportunitajiet ta’ traineeship għal żgħażagħ u professjonisti minn madwar l-Unjoni Ewropea biex jieħdu togħma tal-ħajja u x-xogħol fi Brussell. Din l-opportunità ta’ ħames xhur tista’ tkun l-ewwel pass għal karriera fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej.

Leanne Abdilla Zerafa, Traduttriċi mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u Kayrin Gauci, Uffiċjal Temporanju mal-Kummisjoni Ewropea huma żewġ Maltin li bdew il-karriera tagħhom fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ traineeship. Huma jitkellmu dwar x’impatt pożittiv kellha din l-esperjenza minn lenti professjonali u personali.

Għal aktar informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ traineeship ikkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.