Webinar: Traineeships mal-Parlament Ewropew

‘Schuman Traineeship’ – Ottubru 2024

Servizzi Ewropej f'Malta (SEM) ser ikunu qegħdin jorganizzaw sessjoni ta’ informazzjoni online b'rabta mal-applikazzjoni miftuħa għall-programm tas-‘Schuman’, għal trainees fil-Parlament Ewropew, għas-sessjoni li tibda f'Ottubru 2024.

Darbtejn fis-sena, il-Parlament Ewropew joffri l-opportunità lil gradwati universitarji biex jagħmlu traineeship bi ħlas għal ħames xhur f’din l-istituzzjoni. Din l-esperjenza tinkludi pożizzjonijiet fl-amministrazzjoni jew fit-traduzzjoni, b’esperjenza prattika tax-xogħol tal-Parlament Ewropew f'ambjent multikulturali.

Din is-sessjoni online hija maħsuba għal individwi gradwati, li huma interessati jaħdmu fl-Unjoni Ewropea u jixtiequ jitgħallmu aktar dwar din l-opportunità.

Matul is-sessjoni ser tingħata informazzjoni dwar x’inhu traineeship mal-Parlament Ewropew, min jista’ japplika u l-benefiċċji marbuta ma’ din l-opportunità jekk wieħed jintgħażel. Ser tingħata wkoll informazzjoni dwar il-proċess tal-applikazzjoni, u linji gwida li għandhom jiġu segwiti waqt il-mili tal-applikazzjoni.

Din is-sessjoni ser issir fis-15 ta’ Mejju bejn in-12.30pm u s-1.30pm permezz ta’ Zoom.

Dawk interessati li jattendu jistgħu jirreġistraw minn din il-paġna permezz tal-buttuna 'Register'.

Dan il-webinar se jsir bil-Malti.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat email bil-mistoqsijiet tiegħek lil info.sem@gov.mt.