Rinnovament tal-Uffiċċji tas-Soċjetà Mużikali Beland, Iż-Żejtun
Proġett b’Fondi Ewropej bl-għajnuna ta’ SEM
![](/media/Events/2024/34. Promotional Visits/03. Socjeta Muzikali Beland/Photo 1.jpg)
Is-Soċjetà Mużikali Beland taż-Żejtun, bl-għajnuna ta’ SEM kisbet fondi Ewropej mill-programm LEADER għal diversi proġetti fil-każin tas-Soċjetà.
Matul l-aħħar snin, bil-fondi Ewropej saru rinnovamenti fl-uffiċċju amministrattiv, inbidlu aperturi u ġew restawrati gallariji. Inxtara wkoll tagħmir elettroniku modern u għamara għat-tagħlim tal-mużika u għal aktar effiċjenza f'ħidmet il-membri tagħha matul is-sena, b’mod partikolari dawk żgħażagħ.
Iż-żjara li għamel il-Kap Eżekuttiv ta’ SEM, Rodrick Zerafa, hija żjara oħra minn sensiela bit-tema, ‘Il-Festa bil-Fondi Ewropej’. Numru ta’ Għaqdiet Mużikali fl-aħħar snin ibbenefikaw minn investimenti li saru bil-fondi Ewropej bl-għajnuna ta’ SEM.
Permezz ta’ dawn il-proġetti, il-każin tas-Soċjetà jista’ jaħdem aħjar fil-loġistika tal-attivitajiet ta’ matul is-sena, b’mod partikolari l-festa tar-raħal u l-festival mużikali Beland.
Barra minn hekk, il-każin jista’ jgħallem aħjar il-mużika lill-allievi, waqt li l-membri tal-Banda jkollhom iktar spazju fejn jipprattikaw il-mużika li tindaqq fl-attivitajiet pubbliċi tas-Soċjetà.
Dan il-proġett ikompli jsaħħaħ il-kultura u l-kontribut kbir li s-soċjetajiet mużikali jagħtu lill-komunitajiet fl-ibliet u l-irħula ta’ pajjiżna.
Waqt iż-żjara, il-Kap Eżekuttiv ta’ SEM kien akkumpanjat minn Darren Grasso, Kap tat-Taqsima Project Support u Joe Sciberras, Kap tal-Komunikazzjoni u Outreach.
Huma ltaqgħu mas-Segretarju Ġenerali, Marvel Vella u mal-Viċi-President Julio Pace.