Interreg Italia-Malta 2014–2020: ENISIE Project

The ENISIE project, funded by the EU’s Interreg Italia-Malta funding programme, intended to contribute towards the smart, sustainable and inclusive growth of the cross-border area making the most of the field-based new generation social enterprise environment such as innovative start-ups.

The project aimed at encouraging innovation in key areas such as digital health, food technology and sustainable tourism, fostering the circular trans-border mobility of qualified young people and enabling the internationalisation of innovative SMEs from both sides of cross-border territories. ENISIE has been implemented via cross-collaboration of the Malta Council for the Voluntary Sector, Malta Enterprise and the Sicily Cooperative Society Hub.

Interreg Italia-Malta 2014-2020 promoted the integrated development between Italy and Malta with a view to create the right conditions for smart, sustainable, and inclusive growth. The Programme aimed to develop the potential of areas of common interest for Sicily and Malta, such as environmental protection, security of land and sea, cultural heritage, the quality of life and the health of citizens.

For more information about Interreg Italia-Malta 2021-2027, kindly contact SEM on info.sem@gov.mt or 2779 7300.

_________________________________

Il-proġett ENISIE, iffinanzjat mill-programm ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea Interreg Italia-Malta, kellu l-għan li jikkontribwixxi lejn it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv f’Malta u Sqallija billi juża bl-aħjar mod l-intrapriża soċjali tal-ġenerazzjoni l-ġdida bħal negozji ġodda innovattivi.

Il-proġett kellu l-għan li jħeġġeġ l-innovazzjoni f’oqsma ewlenin bħas-saħħa diġitali, it-teknoloġija tal-ikel u t-turiżmu sostenibbli, li jrawwem żgħażagħ kwalifikati sabiex imorru jaħdmu barra minn xtutna u li jippermetti l-internazzjonalizzazzjoni ta’ SMEs innovattivi miż-żewġ naħat tat-territorji. L-ENISIE ġiet implimentata permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, il-Malta Enterprise u s-Sicily Cooperative Society Hub.

Interreg Italia-Malta 2014-2020 ippromwova l-iżvilupp integrat bejn l-Italja u Malta bil-għan li jinħolqu l-kundizzjonijiet it-tajba għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli, u inklużiv. Il-Programm kellu l-għan li jiżviluppa l-potenzjal ta’ żoni ta’ interess komuni għal Sqallija u Malta, bħall-ħarsien ambjentali, is-sigurtà tal-art u l-baħar, il-wirt kulturali, il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa taċ-ċittadini.

Għal aktar informazzjoni dwar Interreg Italia-Malta 2021-2027, wieħed jista’ jikkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.