Interreg Italia-Malta 2014–2020: BIOBLU Project

The BIOBLU project, funded by the EU’s Interreg Italia-Malta funding programme, aimed to mitigate the effects of plastic and microplastic debris which litter our seas and beaches. In order to achieve the baseline results, an innovative prototype using high levels of technology and automation was developed.

BIOBLU project aimed to promote a new management approach, relying on new technologies and new knowledge available. BIOBLU has been implemented via cross-collaboration of the University of Malta, the Ministry for Gozo, the University of Messina, the University of Catania and the Municipality of Milazzo.

Interreg Italia-Malta 2014-2020 promotes the integrated development between Italy and Malta with a view to create the right conditions for smart, sustainable, and inclusive growth. The Programme aims to develop the potential of areas of common interest for Sicily and Malta, such as environmental protection, security of land and sea, cultural heritage, the quality of life and the health of citizens.

For more information about Interreg Italia-Malta 2021-2027, kindly contact SEM on info.sem@gov.mt or 2779 7300.

__________________________________

Il-proġett BIOBLU, iffinanzjat mill-programm ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea Interreg Italia-Malta, kellu l-għan li jtaffi l-effetti tat-traċċi tal-plastik li jħammeġ l-ibħra u l-bajjiet tagħna. Sabiex jinkisbu r-riżultati, ġie żviluppat prototip innovattiv li juża livelli għoljin ta’ teknoloġija u awtomatizzazzjoni.

Il-proġett BIOBLU kellu l-għan li jippromwovi stil ta’ immaniġġjar u mitigazzjoni ġdid, li jiddependi fuq teknoloġiji ġodda u għarfien ġdid disponibbli. BIOBLU ġie implimentat permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta, il-Ministeru għal Għawdex, l-Università ta’ Messina, l-Università ta’ Katanja u l-Komun ta’ Milazzo.

Interreg Italia-Malta 2014-2020 ppromwova l-iżvilupp integrat bejn l-Italja u Malta bil-għan li jinħolqu l-kundizzjonijiet it-tajba għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli, u inklużiv. Il-Programm kellu l-għan li jiżviluppa l-potenzjal ta’ żoni ta’ interess komuni għal Sqallija u Malta, bħall-ħarsien ambjentali, is-sigurtà tal-art u l-baħar, il-wirt kulturali, il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa taċ-ċittadini.

Għal aktar informazzjoni dwar Interreg Italia-Malta 2021-2027, wieħed jista’ jikkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.