Interreg Italia-Malta 2014–2020: SIMIT-THARSY Project

The SIMIT-THARSY project, funded by the EU’s Interreg Italia-Malta 2014-2020 funding programme, aimed to address, in a holistic manner, issues related to monitoring, emergency planning and alert in the case of tsunamigenic earthquakes which may occur in the Mediterranean, with particular attention on the cross-border region facing the Sicily Channel and on the eastern Sicily coast.

The innovative approach of SIMIT-THARSY consisted of the improvement and implementation of cross-border systems of Civil Protection. This included the monitoring, alert and warning systems to upgrade emergency response. SIMIT-THARSY has been implemented via cross-collaboration of the University of Palermo, the University of Catania, Malta Civil Department and the University of Malta.

Interreg Italia-Malta 2014-2020 promotes the integrated development between Italy and Malta with a view to create the right conditions for smart, sustainable, and inclusive growth. The Programme aims to develop the potential of areas of common interest for Sicily and Malta, such as environmental protection, security of land and sea, cultural heritage, the quality of life and the health of citizens.

For more information about Interreg Italia-Malta 2021-2027, kindly contact SEM on info.sem@gov.mt or 2779 7300.

_____________________________

Il-proġett SIMIT-THARSY, iffinanzjat mill-programm ta’ finanzjament Interreg Italia-Malta 2014-2020, kellu l-għan li jindirizza b’mod ħolistiku l-monitoraġġ, l-ippjanar ta’ emerġenza u t-twissija fil-każ ta’ terremoti li jaf jikkawżaw Tsunami fil-baħar Mediterran, b’ attenzjoni partikolari fuq ir-reġjun tal-Kanal ta’ Sqallija u fuq il-kosta tal-Lvant ta’ Sqallija.

B’mod innovattiv, SIMIT-THARSY tejjeb u implimenta sistemi ta’ monitoraġġ u twissija u r-rispons ta’ emerġenza tal-Protezzjoni Ċivili. Il-proġett SIMIT-THARSY ġie implimentat permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Palermo, l-Università ta’ Katanja, l-Università ta’ Malta u d-Dipartiment ta’ Protezzjoni Ċivili ta’ Malta.

Interreg Italia-Malta 2014-2020 ippromwova l-iżvilupp integrat bejn l-Italja u Malta bil-għan li jinħolqu l-kundizzjonijiet it-tajba għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli, u inklużiv. Il-Programm kellu l-għan li jiżviluppa l-potenzjal ta’ żoni ta’ interess komuni għal Sqallija u Malta, bħall-ħarsien ambjentali, is-sigurtà tal-art u l-baħar, il-wirt kulturali, il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa taċ-ċittadini.

Għal aktar informazzjoni dwar Interreg Italia-Malta 2021-2027, wieħed jista’ jikkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2779 7300.